kalimah.top
a b c d e f g h i j k l m n o p q r s t u v w x y z 0 1 2 3 4 5 6 7 8 9 #

brodu – kanzunetta biex timla كلمات اغاني

Loading...

din kanzunetta biex timla.
din kanzunetta biex timla.
din kanzunetta biex jgħaddi l-ħin.

din kanzunetta biex jgħaddi l-ħin.

din kanzunetta biex timla.
din kanzunetta flok pirmla.
din kanzunetta biex jgħaddi l-ħin,
biex forsi jħenn għalina l-bambin.

din kanzunetta kontra l-monotonija,
għax m’għandix ħeġġa mmur sa sqallija.
din kanzunetta biex jgħaddi l-ħin.

żrajt il-qamħ nibtet sikrana,
żrajt ix-xgħir nibet ħafur.
minn x’ħin jisbaħ sa ma jidlam,
nikkonfondi fej sa mmur.

xita għamlet bir-riħ isfel.
fej’ se mmorru nirtiraw?
immorru s’għand il-furnara,
u biċċa ftira niddubbaw.

il-ġenna ma tmurx bid-dgħajsa,
u lanqas tmur bil-karozzin.
għax il-ġenna mhix ix-xgħajra
u lanqas hija xrobb l-għaġin.

kemm nixtieq inbusek bewsa,
u tal-bewsa nħallas lira.
għax il-lira tmur u tiġi,
u il-bewsa tibqa’ tifkira.

qalu l-baħar jieħu u jagħti.
lili ħadli u ma tanix.
ħadli lill-maħbub ta’ qalbi,
tlabtulu u ma tahulix.

mp3 minflok quddiesa,
kaxxa pizza flok insum,
mixi biex inkeċċu x-xjaten.
terapija għal erbgħin jum.

għandi għoqla fuq l-istonku,
u ma nistax nara ċar.
moħħi issa ddallam sewwa.
fittex ħudni lejn id-dar.

din kanzunetta biex timla.
din kanzunetta biex timla.
din kanzunetta biex jgħaddi l-ħin.
din kanzunetta biex jgħaddi l-ħin.

din kanzunetta biex jgħaddi l-ħin,
biex forsi jħenn għalina l-bambin.

كلمات أغنية عشوائية

اهم الاغاني لهذا الاسبوع

Loading...