
brodu - balzmu كلمات أغنية
balzmu, l_għażż balzmu mhux tartru
tħaddet ma’ min jaf sewwa xogħlu
għaliex b’li qed tgħidli se ġġibni ħażin għaġeb!
il_morali ħxewni. kemm nixtieq illi kont tifel imqareb
kissru! trid tkissru u tfarrku!
isħaqlu rasu b’għarqubek
ħadd m’hu se jlumek jekk tieqaf tieħu belgħa te
please għidli iva għax ma nafx kif nieħu l_le
inti bħax_xitwa, taqsamni fuq rkuptejk, iġġibni skjav taħt riġlejk
tħajjarni bi ftit mumenti ta’ xemx fietla, imbagħad, ix_xita u r_ragħad
tgħoddosni fil_griż, biss xorta lejk grat, għax iżżeffinni għada, iżżeffinni llum
ġewnaħ jiena, ġewnaħ inti u ninqatgħu mill_irdum
qatt mhu se nħallik tinbarax. jekk tingiref indewwik, jekk titnikket nagħtik faraġ
kebbes nar b’dil_fjamma qabеl tmut, u jaqa’ l_ksieħ
nixtieq noqgħod maġenbеk, biex niflu l_kwiekeb, bil_ħoss kalm tal_baħar
tini li ngħix. tini li ngħix
stinka, trid taħdem, tistinka, biss inħoss li l_ferħ minn qalbi qed jiżvinta
għandi l_ġid u saqaf fuq rasi. nikteb id_diski biex forsi xi darba tagħti kasi
naqdef fl_inżul u fit_tlajja’. naqdef sa ma ngħajja. naqdef bla ma ħadd ma jġegħlni; minn rajja. u issa naf fejn irrid nasal, jekk nasal
nagħmel kuntrumbajsi biex tarani, inkanta biex tismagħni, qed inteptep id_dawl, innutani
biss forsi ntbaħt illi dal_flien difettuż, u tfajt ħarstek fuq ħaddieħor xi ftit iktar gustuż
għidtli “tkunx needy magħha. tkunx bħal imħara. qisek ħaddiem illi mejjet għas_sahra.”
“fre, din għalija impossibilta’. kif jista’ jkun? ma nafx nirreċta. minix attur”
jaf forsi nidher tajjeb, nidher sielem, nidher bniedem mingħajr gdiedem, nidher qisni xi iljun; qisni mario il_brikkun
‘mma jien biss selħa fil_ħajt tas_sejjieħ, u fi ħdanek nixtieq nistrieħ
u fi ħdanek nixtieq nistrieħ
kebbes nar b’dil_fjamma qabel tmut, u jaqa’ l_ksieħ
nixtieq noqgħod maġenbek, biex niflu l_kwiekeb, bil_ħoss kalm tal_baħar
tini li ngħix. tini li ngħix. tini li ngħix. tini li ngħix
كلمات أغنية عشوائية
- georges brassens - pensée des morts كلمات أغنية
- kud idijoti - mir no alternativ كلمات أغنية
- jonti - cyclic love كلمات أغنية
- costee - opeta mut elämään كلمات أغنية
- eins zwo - so gesehen كلمات أغنية
- vanguart - just to see your blue eyes see كلمات أغنية
- bsw - sober كلمات أغنية
- caz - a.s.i. 2 كلمات أغنية
- muerejoven - fredo كلمات أغنية
- william control - the velvet warms and binds كلمات أغنية